Il-Parroċċa: Missjoni jew Manutenzjoni?

Posted on Oct 17, 2017 | 0 comments


L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T.) ta’ kull sena tfakkar Jum il-Fondazzjoni tagħha b’laqgħa akkademika. Din is-sena, it-72 waħda mit-twaqqif tal-Għaqda, se niltaqgħu bit-tema: Il-Parroċċa: Missjoni jew Manutenzjoni? Is-soċjetà Maltija għaddiet minn ħafna tibdil, u għalhekk importanti li nieqfu ftit u nagħtu ħarsa kritika lejn il-ħidma pastorali tagħna llum. Għalhekk, permezz t’analiżi mil-lenti soċjoloġika, teoloġika u pastorali, nixtiequ nirriflettu fuq din ir-realtà ta’ pajjiżna, u nisiltu konklużjonijiet pastorali dwar l-irwol tal-Knisja fil-komunità u x’inhi d-direzzjoni ’l quddiem.

Il-kelliema għal din il-laqgħa ser ikunu: il-Vigarju Ġenerali, Mons. Dr Joe Galea Curmi; il-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Rev. Kan. Anton Galea-scannura; u Rev. Dr Joe Inguanez, mill-Institut għar-Riċerka u l-FormazzjoniDiscern Malta.

Il-laqgħa se ssir fir-Refettorju l-Antik tal-Kurja, nhar it-Tlieta, 14 ta’ Novembru 2017, fis-7pm. Wara nistednukhom għal riċeviment żgħir.

 

 

Żuru l-event fuq Facebook!